Żomm mard tal-annimali li jittieħed barra mill-UE!
Directorate-General For Translation European Commission
Żomm mard tal-annimali li jittieħed barra mill-UE!Prodotti li joriġinaw mill-annimali jistgħu jkollhom patoġeni li jikkaġunaw mard li jittieħedMinħabba r-riskju tal-introduzzjoni ta’ mard fl-Unjoni Ewropea (UE), hemm proċeduri stretti għad-dħul ta’ ċerti prodotti tal-annimali fl-UE. Dawn il-proċeduri ma japplikawx għall-movimenti tal-prodotti tal-annimali bejn is-27 Stat Membru tal-UE, jew għal prodotti tal-annimali li ġejjin minn Andorra, il-Liechtenstein, in-Norveġja, San Marino, u l-Iżvizzera.Kull prodott tal-annimali li ma jikkonformax ma’ dawn ir-regoli għandu jingħata malli jidħol fl-UE sabiex jintrema uffiċjalment. Nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ tali oġġetti jista’ jirriżulta f’ċitazzjoni jew prosekuzzjoni kriminali. 1. Kwantitajiet żgħar ta’ laħam u ħalib u l-prodotti tagħhom (għajr il-ħalib trab tat-trabi, l-ikel tat-trabi u ikel speċjali jew għalf tal-annimali domestiċi speċjali meħtieġa minħabba raġunijiet mediċi)Tista’ biss iġġib jew tibgħat lill-UE kunsinni personali ta’ laħam u ħalib u l-prodotti tagħhom (għajr ħalib trab tat-trabi, ikel tat-trabi u ikel speċjali jew għalf tal-annimali domestiċi speċjali meħtieġ għal raġunijiet mediċi) dment li ġejjin mill-Kroazja, mill-Gżejjer Faeroe, Greenland jew l-Iżlanda u li l-piż tagħhom ma jaqbiżx l-10 kilogrammi għal kull persuna.2.